PN Links

Euro Tours
Informa
Media.Link
Il-Mument
Nationalist Party
In-Nazzjon
NET Television
Pin Publications
Radio 101
Maltarightnow

Quick Links

Political Links
   Alternattiva Demokratika
   Government of Malta
   Malta Labour Party
   Nationalist Party
Media
   Media.Link
   PBS
   Smash Radio & TV
Discussion
   Xarabank
Others
   Simon Busutil
   Peter Darmanin
   Jurgen Cassar
   Elezzjoni Generali
   Malta Search Engine
   Women National Council
   St Luke's Hospital
   Tourism
   Weather
   SDM

Vizjoni 2015 vs ‘Vizjoni 2017’




F’nofs il-legizlatura li ghaddiet, il-gvern Nazzjonalista kien nieda l-Vizjoni 2015. Kienet vizjoni li f’termini semplici poggiet bhala mira l-eccellenza ta’ pajjizna fl-oqsma tas-servizzi edukattivi u tas-sahha, it-turizmu, il-manifattura b’valur mizjud gholi, is-servizzi finanzjarji u t-teknologija tal-informazzjoni. Dan l-ahhar il-Mexxej tal-Partit Laburista minghajr ma nieda xejn ufficjali beda jitkellem kwazi kull darba dwar ‘Vizjoni 2017’ meta jirreferi ghas-sena meta Malta jkollha l-presidenza tal-Unjoni Ewropea. Inqabbel ftit dawn iz-zewg vizjonijiet.

Vizjoni qasira vs vizjoni fit-tul

Vizjoni 2015 kienet u ghadha vizjoni fit-tul. Fadlilna 5 snin ohra sabiex inkunu lhaqna l-miri li poggejna. Fadal zmien. Imma meta thabbret kien ghad fadal hafna aktar zmien. Kienet vizjoni li kienet ittul bil-wisq aktar mill-elezzjoni li kien imiss fl-2008 imma li sahansitra taqbez sew dik ta’ warajha tal-2013. Kienet ghalhekk vizjoni fit-tul li tara l-gid tal-pajjiz. Ghax min irid il-gid tal-pajjiz ihares fit-tul. Ma jimpurtax li l-partit per se jbati jekk minn din it-tbatija jiggwadanja l-pajjiz. Dan digŕ semmejtu f’dil-kitba xi gimghat ilu meta semmejt l-introduzzjoni tal-VAT li kienet fattur ewlieni li tellef l-elezzjoni lill-Partit Nazzjonalista fl-1996 imma li kienet tassazzjoni gusta li kellha bzonn tiddahhal. Anke l-fatt li tlifna s-servizzi ta’ John Dalli u Louis Galea hija telfa ghall-Partit Nazzjonalista u ghall-politika lokali. Imma ghal pajjizna hija ta’ gwadann. L-istess jista’ jinghad ghal Joe Borg u Josef Bonnici li kienu zewg ministri validi li pajjizna ‘tilef’ biex rebah fuq livell oghla.


Oqsma li jitkejlu vs holm fl-ajru li ma jitkejjilx

L-oqsma cari u dikjarati li pogga l-Gvern Nazzjonalista jistghu jitkejlu tul dawn is-snin biex naraw fiex wasalna f’kull wiehed mill-oqsma. Mhux talli hekk, talli l-Unjoni Ewropea tipprovdi statistika kontinwa li wiehed jista’ jirreferi ghaliha biex juzaha bhala prova ta’ fejn wasalna fil-progress lejn dak l-ghan. Ihobbu tant il-media tal-Partit Laburista jikkwotaw xi statistika tal-Eurostat meta din tpoggi lil pajjizna l-isfel fil-gradwatorja! Ilhom isemmu li hemm bzonn aktar studenti jkomplu jistudjaw wara l-iskola obbligatorja – xi haga li ghad fadlilna x’naghmlu imma li qeghdin nindirizzaw fosthom bil-korsijiet tal-MCAST, l-ITS u l-istituti edukattivi privati. Fadlilna, imma naslu bhalma digŕ wasalna sew fl-oqsma tal-ICT u s-setturi finanzjarji. Ftit isemmu meta bhalma gara dan l-ahhar Moodys poggiet lil pajjizna fost ta’ quddiem nett fl-ekonomija. Ftit isemmu meta ngiebet l-SR Technic fil-manifattura biex tipprovdi impjiegi ta’ valur mizjud gholi.

‘Vizjoni 2017’ tpoggi bhala ghan, jekk wiehed jista’ jsejjahlu hekk, li sal-2017 pajjizna jkun l-aqwa fl-Ewropa biex imexxi l-Ewropa. X’tista’ tkejjel fiha dil-vizjoni? Hija vizjoni wiesgha wisq li mhix iffukata. Ma tistax tasal ghaliha proprju ghaliex ma tafx f’liema direzzjoni trid tmur.


Imsawra kollettivament vs istint sporadiku

Vizjoni 2015 hija bhall-business plans tal-industrija li ma jissawrux madwar individwu. Dan l-individwu li kien imexxi industrija jaf qaleb ma’ kumpanija rivali imma l-kumpanija l-antika tieghu xorta tibqa’ taddotta dawk l-istess tragwardi ghaliex dawk it-tragwardi kienu miftehma u maqbula bejn l-imsiehba. Kien hemm dak li bl-Ingliz tissejjah ownership bejn l-istakeholders kollha. Vizjoni 2015 ghandha ownership ta’ kabinett tal-Ministri, tal-Membri Parlamentari tan-naha tal-Gvern u anke suppost tal-Oppozizzjoni, kif ukoll tal-poplu Malti kollu. Huwa ghalhekk li anke l-President tar-Repubblika spiss isemmi xi punt jew iehor minn din il-Vizjoni 2015.

Mhux l-istess jista’ jinghad ghall-‘Vizjoni 2017’. Din hija idea li qala’ minn zniedu l-Kap tal-Oppozizzjoni. Isemmiha hu biss, probabbilment ghaliex hu biss jaf x’inhi u hu biss jemmen fiha ghax jaqbillu.


Ambizzjoni ta’ bniedem vs ambizzjoni ta’ nazzjon


Il-Vizjoni 2015 kienet vizjoni imsawra madwar il-htigijiet u l-potenzjal ta’ nazzjon - Fiex ahna tajbin u b’hekk nistghu nkomplu nilhqu miri ta’ eccellenza oghla? Ghalhekk dil-Vizjoni 2015 issawret bil-poplu Malti fic-centru. Ma kinitx thares lejn liema partit kien se jkun fil-gvern jew min se jkun il-Prim Ministru ta’ Malta. Dan ghaliex il-poplu Malti mmexxi mill-gvern tieghu ma jinbidilx skont min ikun fil-gvern. Jibqa’ l-istess poplu Malti bl-istess hiliet li jistghu jinbidlu f’ambizzjonijiet.

Imma l-‘Vizjoni 2017’ mhix mibnija madwar il-poplu Malti imma madwar bniedem wiehed biss, wahdu – Joseph Muscat. Il-Kap tal-Oppozizzjoni qieghed isemmi li pajjizna jkollu l-presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017 u jieqaf hemm. Ahna facli nifhmu li qieghed jalludi ghall-kilba li ghandu hu li jkun hu l-President tal-Unjoni Ewropea... dak l-istess bniedem li qed imexxi partit li kien qalilna li ahna makku qalb il-baleni (biex ma ninsewx).