|
Ma nafx jekk thossux bhali: F’das-snin li kellna l-Partit Nazzjonalista fil-gvern,
pajjizna ghamel girja wahda shiha ghall-progress. Dak li pajjizi ohrajn Ewropej
ghamlu bil-mod u mifrux tul is-snin, ahna kellna nigru u naghmluh fi ftit snin.
L-Ewropa katalist tal-bidla
Irnexxielna naghmlu progress kbir. Tant irnexxielna li gejna accettati fl-Unjoni
Ewropea u ftit snin wara gejna accettati fiz-zona ewro. Qed nuza l-kelma accettati
apposta. Mhux ghax (kif jista’ jghid min hu malizzjuz) kellna nittallbu biex jaghmlulna
pjacir. Bil-kuntrarju, kien hemm standards u ahna lhaqniehom. Il-membri l-antiki
tal-klabb kellhom pjacir jinkludu lil Malta bhala membru gdid tal-klabb ghaliex
sabu li pajjizna kien jilhaq il-kriterji li kienu stabbilew il-membri ta’ dan il-klabb.
Imxejna ’l quddiem b’pass mghaggel f’kull qasam. Inhoss, izda, li fil-qasam ambjentali
irridu naghmlu sforz akbar biex nghagglu aktar. Almenu zgur li issa rridu nghagglu
hafna.
Bidla fil-gbir tal-iskart?
Fil-maggoranza kbira tal-lokalitaijiet, l-iskart jingabar kuljum minn wara biebna.
Nitnikket nara affarijiet riciklabbli f’dawn il-boroz tal-iskart. Nemmen li kull
inizjattiva trid tibda b’mod volontarju. Imma wara ftit taz-zmien, din ghandha ftit
ftit issir prattika komuni bl-ghajnuna ta’ kampanja pubblicitarja u edukazzjoni
effettiva. Is-separazzjoni tal-iskart ilna nitkellmu dwarha sew sa mill-bidu tas-snin
disghin.
Issa wasal iz-zmien li minn kliem u edukazzjoni, immorru fuq ir-regolamenti u l-infurzar
taghhom. Fil-fehma tieghi wasal iz-zmien li s-separazzjoni tal-iskart ma jibqax
ghazla imma jsir obbligu. Dan l-obbligu rridu naghmluh b’attitudni pozittiva. Ghaliex
dik il-landa li ntuzat ghall-ikel f’kull dar, ikun hemm min jirriciklaha u jkun
hemm min jaqbad u jitfaghha maz-zibel? Mela mhux kulhadd cittadin indaqs? Mela mhux
ulied kulhadd se jkomplu fil-futur igawdu l-ambjent Malti?
Riciklagg
Qeghdin naghmlu skemi differenti ta’ riciklagg. Tnejn mill-aktar importanti huma
l-uzu tal-bring-in-sites u l-gbir tal-iskart riciklabbli nhar ta’ Tlieta. Il- bring-in-sites
qeghdin jintuzaw b’mod tajjeb minn hafna. Biss irridu nedukaw lil min mhux qieghed
juzahom tajjeb. Irridu nedukaw lil min iwaddab kull tip ta’ skart hdejn il-bring
in sites. Ghamlu sew il-Kunsill Lokali ta’ San Gwann li nehhew l-iskips mit-toroq
principali taghhom. Xi persuni kienu jghaddu minn San Gwann biex iwaddbu l-iskart
taghhom f’dawn l-iskips. Ovvjament l-ammont ta’ skart li kien jingabar kien ikerrah
u jnitten l-inhawi. Ghaliex ghad ghandna min jibqa’ jwaddab l-iskart anke meta l-kontenituri
huma mimlijin u l-aqwa li heles minnu hu? Huma dawn l-abbuzi li rridu nattakkaw
u kontinwament nedukaw lil min ghadu ma fehemx l-importanza li jkollna pajjizna
nadif .
Multi ambjentali
Hemm bzonn li min b’xi mod ikerrah l-ibliet u l-irhula li nghixu fihom jigi edukat
u jekk jibqa’ jippersisti ghandu jiehu ukoll dak li haqqu. Kull nuqqas huwa nuqqas
lejn il-komunità, imma nhoss li n-nuqqasijiet ambjentali ghandna naghtu kashom xi
ftit aktar. Nixba’ nghaddi minn fuq bankini mimlijin hmieg tal-klieb. Nixba’ nara
karti mal-art. Nixba’ nara vendikazzjonijiet fuq ambjent pubbliku. Il-multi ambjentali
zidniehom u forsi hemm bzonn li inziduhom aktar. Issa wasal iz-zmien li wara li
l-bniedem ikun inghata twissija u jigi edukat u jibqa’ jippersisti fl-izball allura
jkun hemm bzonn li l-multi ambjentali ninfurzawhom b’aktar sahha.
Hemm bzonn li l-messagg jasal car hafna. Hemm bzonn anke li min jehel multa jintuza
biex jitwassal il-messagg lill-ohrajn. Il-gustizzja mhux biss trid issir, imma trid
tidher u tinhass li qed issir.
Niddejjaq ukoll nara kull tip ta’ imbarazz izomm postijiet biex ma jipparkjawx ghaliex
ikunu se jsiru xi xogholijiet. Tara siggijiet u banketti mkissrin, twavel tal-injam
u nofs briksijiet. Dan kollu jkerrah l-ambjent ta’ madwarna. Ghaliex ma jkollniex
sinjali apposta biex jintuzaw meta jkun hemm dax-xogholijiet. Xi dritt ghandu bniedem
johrog banketta fit-triq li hija post pubbliku.
Car pooling
Qed naghmlu r-riforma fit-trasport pubbliku mhux biss biex naghtu servizz ahjar
lin-nies imma anke ghal ragunijiet ambjentali. Ftit nies fil-prezent jaghmlu uzu
mit-trasport pubbliku. Bosta juzaw il-karozzi privati taghhom anke ghall-icken qadja.
B’servizz tat-trasport pubbliku ahjar, dawn in-nies irridu nhajruhom biex ma juzawx
it-trasport privat taghhom. B’hekk inkunu naqqasna l-karozzi mit-toroq. Bhalma digà
ghidt f’dil-kitba fil-passat irridu nibdew nahsbu fuq prattici ambjentali li f’pajjizi
ohra tal-Unjoni Ewropea ilhom ihaddmu. Per ezempju ghaliex m’ghandux ikollna lane
mill-Marsa sal-Belt Valletta li minbarra li tintuza mit-trasport pubbliku tkun tista’
tintuza wkoll minn karozzi li fihom ikun hemm zewg persuni ohra minbarra x-xufier?
Suggeriment lil tal-maratoni
Fl-irhula taghna spiss naraw girjiet organizzati fit-toroq minn xi ghaqda jew ohra.
Dawn huma tajbin ghaliex hemm bzonn li nibdew naghtu kas tal-istil ta’ hajja li
nghixu. Biss, niddejjaq nara postijiet bil-fliexken tal-plastik wara xi girja. Naf
li bosta nies li jkunu b’mod volontarju mal-water stations, inaddfu l-inhawi mill-fliexken.
Biss huwa impossibbli li tnehhi kull flixkun li jkun intuza. Nissuggerixxi li nibdew
ikollna kontenituri kbar tul ir-rotta ezatt wara xi water station b’tali mod li
l-atleti jkunu jistghu jitfghu f’dal kontenitur. Minbarra li l-atleti jaghtu s-sehem
ambjentali taghhom, iservi ta’ messagg lill-pubbliku li jkun qed isegwi.
L-ambjent huwa taghna lkoll. Min jonqos ghandu jiehu dak li haqqu. Min iharsu ghandu
jinghata gieh. Il-bullies ambjentali m’ghandniex bzonnhom.
|