Press Release Navigation

View Press Archive
View Press Main Page

Quick Links

Political Links
   Alternattiva Demokratika
   Government of Malta
   Malta Labour Party
   Nationalist Party
Media
   Media.Link
   PBS
   Smash Radio & TV
Discussion
   Xarabank
Others
   Malta Search Engine
   Women National Council
   St Luke's Hospital
   Tourism
   Weather

SHPN u t-tilwima industijali bejn il-UHM u l-Korporazzjoni Enemalta

Is-Sibt, 26 ta' Ottubru 2002

SHPN turi l-apprezzament u l-ferh taghha ghad-decizjoni li ttiehdet il-bierah mit-Tribunal Industrijali fit-tilwima tax-xoghol bejn l-UHM u l-Korporazzjoni Enemalta dwar is-Sur Carmel Lia li gie michud minn skema ta' incentiv. Din id-decizjoni tat ragun lil haddiem u anke tatu kumpens ghad-danni li soffra.

Illum fil-pajjiz hawn mezzi efficjenti biex hadd ma jigi michud mid-drittijiet tieghu. Bl-ghajnuna ta Unions serji, haddiem li jsoffri fuq il-post tax-xoghol jista jiddiskuti l-kaz tieghu quddiem l-istituzzjonijiet ezistenti u jekk ikollu ragun, kif gara f'dan il-kaz, jinghata kumpens u jiehu dak kollu li bi dritt hu tieghu.

Ma nistghux f'din ic-cirkostanza ma niddeplorawx l-agir mehud mil-GWU fejn haddiem li kien skomdu ghalija gie michud mid-drittijiet tieghu. Nisperaw li l-GWU issa tbiddel l-hsieb taghha u ma tinsistiex li haddiema li mhumiex membri taghha jigu diskriminati u michuda minn dak li bi dritt hu taghhom.

Hu importanti li kull minn qieghed f'kariga gholja ta' tmexxija f'post tax-xoghol ghandu id-dmir li jara li affarijiet bhal dawn mhux talli ma jsirux izda jkunu huma stess, ghax hekk hu dmirhom, li jharsu u jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-interessi ta kwalunkwe haddiem. Anke jekk dan il-haddiem ikun skomdu kemm ghal-Union kif ukoll ghal-Management.

Irridu inharsu 'l quddiem biex affarijiet bhal dawn ma jirrepetux ruhom, la fl-Enemalta u fl-ebda post tax-xoghol iehor.

David Agius
President
SHPN


Back to Press Release Main Page »