Press Release Navigation

View Press Archive
View Press Main Page

Quick Links

Political Links
   Alternattiva Demokratika
   Government of Malta
   Malta Labour Party
   Nationalist Party
Media
   Media.Link
   PBS
   Smash Radio & TV
Discussion
   Xarabank
Others
   Malta Search Engine
   Women National Council
   St Luke's Hospital
   Tourism
   Weather

11 il-sena presentatur fuq Radio 101

Il-Gimgha, 25 ta' Ottubru 2002

Nhar il-hadd li ghadda pprezentajt l-ahhar programm fuq Radio101. Il-policy tal-partit, kif konfermata nhar il-Hadd li ghadd mis-Segretarju Generali tal-Partit Joe Saliba, hi li min hu kandidat tal-Partit ma jistax jkun prezentatur fuq Radio 101 jew Net TV. Illum jien konfermat kandidat tal-Partit ghal-Elezjoni Generali li jmiss fuq is-7 distrett.

11 il-sena li fihom prezentajt kull tip ta' programmi. Hdimt fin-Newsroom tal-Partit. Tajt sehemi fil-media tal-Partit fit-3 elezjonijiet generali li ghaddew. Ma ninsa qatt l-esperjenzi li ghaddejt minnhom. Esperjenzi li mmaturawni u ghalmuni.

Fi programmi bhal "Radiopoli" u "Hekk nifimha u int ?" intervistajt lil diversi personalitajiet. Insemmi lil Prim Ministru, lil Arcisqof u l-Ombudsman fost l-ohrajn. Il-Programm "Kolazzjon bi Tbissima", il-breakfast show fuq Radio 101, laqqani mas-semmiegha b'mod socjali u familjari. Qsamna diversi esperjenzi flimkien u sirna nafu aktar lil xulxin.

"Referendum" u l-Qari ta l-Ahbarijiet minn fuq Net TV kienu mumenti sbieh, xi kultant mimlija tensjoni u emozzjoni. Niftakar kollegament dirett, waqt li kont qed naqra l-ahbarijiet, ma' Pierre Portelli li kien quddiem l-Parlament. Rajna lil shabna jigu attakkati u ahna rridu inzommu lil poplu infurmat f'xandira live. Iffilmjajna "Referendum" minn diversi bliet ewropej u bdejna ninfurmaw lil publiku dwar xi tfisser l-Unjoni Ewropeja. Programm li hdimna fuqu diversi nies izda ma nistax ma insemmiex lil Simon Busuttil.

Ma nistax insemmi lil kull minn hdimt mieghu tul dawn l-ahhar hdax il-sena f'Radio 101. Minn kapijiet sa fattigi, minn prezentaturi sa kontriburi lilkom kolla minn qalbi nixtieq nghidilkom - "grazzi hafna ta' kollox".

Illum il-Partit ihoss li sehemi irrid intih fil-lokalitajiet fejn nghix. Illum irrid inkompli niltaqa man-nies permezz tal-"House Visits". L-impenn tieghi ser ikun totali. Ser inkompli inservi lil Partit mill-ahjar li naf, kif dejjem ghamilt. Konvint li flimkien ma' shabi l-kandidati l-ohra ser nahdmu biex fix-xhur li gejjien il-Partit u l-Pajjiz jiksbu dak li ilna ghal-diversi snin nahdmu ghalih. Post Malta fl-Ewropa.

Irridu nahdmu ilkoll flimkien biex nuru lil-poplu kollu xi tfisser li tivvota lil Partit Nazzjonalista. Partit li ghandu vizjoni ghal-pajjizna. Kontra l-Partit Laburista li ghadu ma jafx fejn qieghed u fejn sejjer. Irridu nhabbtu bieb bieb u nistaqsu lin-nies jekk jafux x'ser jaghmel il-MLP dwar il-VAT, xi tfisser "Partnership" ma' l-Ewropa, liema ligi li saret taht dan il-gvern ser inehhi l-MLP, fejn ser jghamlu l-"re-engineered landfill", liema taxxi ser inehhu jekk ikunu fil-Gvern?

Gej zmien importanti ghal-pajjizna. Irridu niehdu decizjonijiet li mhux biss ser jaffetwaw lilna izda l-aktar lil uliedna. Nafu xi jfisser Gvern Nazzjonalista u kellna l-esperjenza ta' 22 xahar ta' Gvern ta' Alfred Sant. L-ghazla f'idejna. Bhal ma missirijietna hadmu biex illum ahna pajjiz Indipendenti hekk ukoll wasal iz-zmien biex nghamlu kisba ohra ghal-futur ta' pajjizna. Mhux biss li nkunu fl-Ewropa izda li nghixu f'pajjiz imexxi minn Gvern bi hsibijiet, principji u valuri Demokristjani.


Back to Press Release Main Page »