Solidarjeta’ Haddiema Partit Nazzjonalista tinnota b’sodisfazzjon li d-djalogu socjali li jemmen fih il-Gvern Nazzjonalista qed jaghti rizultati pozittivi u konkreti.
Ghat-tieni darba f’dawn l-erba’ snin ta’ Gvern Nazzjonalista, gie iffirmat ftehim kollettiv ghall-haddiema tas-Servizz Pubbliku, li jipprovdi kemm ghal zidiet fil-pagi u ghandu jwassal ghal titjib fis-servizz li joffri s-Servizz Pubbliku.Solidarjeta’ Haddiema Partit Nazzjonalista jfakkar kif Alfred Sant meta kien Prim Ministru kien iffriza l-ftehim kollettiv ghall-haddiema tal-Gvern. Alfred Sant kien accetta rapport li kien jghid li mis-Servizz Pubbliku kellhom jitnaqqsu 5,000 haddiem. < BR> < BR> Issa gie zvelat li l-pjan tal-Gvern ta’ Alfred Sant kien li 10,000 haddiema jitilfu l-impjieg taghhom.
F’dawn l-erba’ snin ta’ Gvern Nazzjonalista zdied l-investiment u l-impjiegi full-time zdiedu bi 3,600, il-qghad naqas, inghataw drittijiet godda lill-haddiema permezz ta’ ligi gdida u saret gustizzja ma’ l-Impressed Drivers, mal-haddiema Awziljari u ma’ l-Assistenti Socjali Kazwali. Gvern Nazzjonalista naqqas ukoll ir-rati tat-taxxi ghall-haddiema milli kienu erba’ snin ilu.
Gvern Nazzjonalista investa aktar fit-tahrig tal-haddiema fosthom billi zdiedu l-programmi ta’ l-ETC, infetah l-MCAST u ssahhah l-Istitut ghall-Istudji Turistici.
Back to Press Release Main Page »
|