Il-Membri Parlamentari jwaqqfu team tal-football


Grupp ta' membri parlamentari miz-zewg nahat tal-Kamra ghadhom kemm waqqfu tim tal-football. Din hija l-ewwel darba fl-istorja tal-Parlamenti Malti li membri parlamentari ghaqqdu tim tal-football. L-iskwadra hija ffurmata minn Carmelo Abela, Joe Abela, Chris Agius, Joseph Cuschieri, Silvio Parnis (membri parlamentari Laburisti), David Agius, Robert Arrigo, Jason Azzopardi, Mario de Marco, Joseph Falzon, Tonio Fenech, Mario Galea, Michael Gonzi u Jeffrey Pullicino Orlando (kollha membri parlamentari Nazzjonalisti).


Kull nhar ta' Hamis fil-ghaxija dawn il-membri parlamentari qeghdin jiltaqghu ghal siegha u nofs tahrig u digà hadu sehem f'diversi loghbiet ta' hbiberija fosthom mat-tim ta' l-ufficjali tal-Korp tal-Pulizija. Il-bierah fil-ghodu, fil-Padiljun Sportiv tal-Kullegg De La Salle, it-tim laghab loghba ohra ta' hbiberija 7-a-side kontra s-Cynergy Fitness Centre - wiehed mill-isponsors tat-tim flimkien ma' l-Eurosport u t-Tuttosport - u hareg tellief bl-iskor ta' 2-1. Wara saret loghba bejn il-membri parlamentari fejn it-tim liebes bil-blu u ffurmat minn Joe Abela, Chris Agius, Silvio Parnis, Robert Arrigo, David Agius, Michael Gonzi u Mario Galea gheleb lil dak liebes l-ahmar iffurmat minn Joe Cuschieri, Anglu Farrugia, Mario de Marco, Jason Azzopardi, Joe Falzon, Tonio Fenech u Jeffrey Pullicino Orlando, bl-iskor ta' 4-3. Il-'kick-off' ta' din il-loghba saret mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami u l-Kap ta' l-Oppozizzjoni Alfred Sant. Dawk li attendew ghal dawn iz-zewg loghbiet ma hallsu xejn biex jidhlu imma kienu misiedna joffru donazzjoni ghall-programm televiziv "L-Istrina" li se jsir nhar is-Sibt li gej u li matulu jingabru flus ghal dawk fil-bzonn.