...2005 sena li fiha se tinghata spinta lit-tigdid ta’ l-ideat u l-vizjoni tal-PN
Din is-sena ghall-Partit Nazzjonalista se tkun sena fejn se tinghata spinta lit-tigdid ta’ l-ideat, il-vizjoni u l-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li din hi sena fejn se jigi celebrat il-125 sena ta’ storja, il-Partit Nazzjonalista se jkun qieghed ihares ‘il quddiem fid-dawl ta’ dak li jrid jitwettaq ghal pajjizna. Il-Partit Nazzjonalista, kif turi l-istorja tieghu, hu l-katalist tal-bidla f’pajjizna, u hadem biex il-poplu Malti u Ghawdxi jghix ahjar u jilhaq il-milja kollha tieghu. Ghalkemm din se tkun sena fejn qed jitfakkar dan l-anniversarju importanti mhix sena ta’ nostalgija imma hi sena li se ssir hidma biex jissahhah il-Partit Nazzjonalista biex jitwettqu u jsiru aktar successi ghal pajjizna. Il-Partit Nazzjonalista hu impenjat li s-successi ghal pajjizna jitkattru kif tixhed il-125 sena ta’ storja tal-Partit Nazzjonalista li stinka ghad-drittijiet tal-Maltin u l-Ghawdxin, ghamel minn pajjizna pajjiz modern u Ewropew, trasforma l-ekonomija, holoq qafas socjali b’sahhtu u b’tifsila personali ghax emmen f’kull individwu u mhux f’massa u biddel wicc pajjizna.
Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ Partit ispirat mill-hsieb Demokristjan
Fl-izvilupp u t-twettieq tal-politika tieghu, il-Partit Nazzjonalista jibqa’ Partit ispirat mill-hsieb Demokristjan. Il-Partit Nazzjonalista jemmen fil-bniedem shih, mhux biss fir-relazzjoni tieghu ma’ l-istat imma fir-relazzjonijiet li ghandu kull bniedem mal-hajja ta’ madwaru, il-familja, l-ghaqdiet u s-socjeta’ civili li l-Istat ghandu jahdem biex isahhahhom u jseddaqhom. It-twemmin tal-Partit Nazzjonalista hu mibni fuq is-solidarjeta’ u l-gustizzja socjali fejn jigu mwiezna dawk li l-aktar huma fil-bzonn.
Partit ta’ kulhadd – inklussiv u miftuh ghal kulhadd
Il-Partit Nazzjonalista kull darba li kien fil-Gvern setgha jwettaq rivoluzzjoni siekta pozittiva f’pajjizna ghaliex hu Partit popolari. Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien il-Partit ta’ kulhadd, minghajr distinzjoni u ebda klassi socjali. Il-Partit Nazzjonalista hu Partit inklussiv u hekk se jibqa’. Is-sahha tal-Partit Nazzjonalista kemm fl-idejat u anki elettoralment tigi propju ghaliex ifittex il-gid komuni u mhux interessi dojoq jew settorjali. Il-Partit Nazzjonalista hu Partit miftuh li jilqa’ fi hdanu lil kull bniedem, indipendentament mill-isfond socjali u ekonomiku li jkun gej minnu.
Il-Partit Nazzjonalista ghamel minn pajjizna nazzjon Ewropew
L-istorja politika fis-seklu li ghadda hi intimament marbuta ma’ l-istorja politika tal-Partit Nazzjonalista. Fl-ahhar 125 sena, il-Partit Nazzjonalista zviluppa l-identita’ ta’ pajjizna, b’gharfien shih tal-valuri u d-drawwiet ta’ pajjizna. Minn pajjiz kolonja, li ghadda minn id barranija ghall-ohra, il-Partit Nazzjonalista ghamel minn Malta pajjiz nazzjon, Sovran bil-poplu jmexxi lilu nnifsu. Il-Partit Nazzjonalista qatt ma ried l-izolament izda dejjem emmen fis-sehem u l-vuci ta’ Malta fl-Ewropa u fid-dinja. Ghalhekk ukoll, Malta ssiehbet fl-Unjoni Ewropea, ghaliex il-Partit Nazzjonalista mhux biss emmen fil-gid ta’ l-Ewropa imma anki fil-partecipazzjoni taghna fl-Ewropa.
Il-Partit Nazzjonalista hu l-Partit ta’ l-Edukazzjoni
Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien fuq quddiem nett fil-politika dwar l-edukazzjoni u fil-politika socjali. Il-Partit Nazzjonalista hu l-Partit ta’ l-edukazzjoni. Tul iz-zminijiet kien strumentali biex gew provduti l-facilitajiet u biex twettqu riformi u beda jinghata taghlim dwar hiliet godda. Il-parti l-kbira ta’ l-iskejjel tal-Gvern li hawn mibnija f’pajjizna saru minn Gvernijiet immexxi mill-Partit Nazzjonalista b’ammont kbir imorru lura ghas-snin 20 u s-snin 30. Fis-snin 20 dahhal ukoll il-principju ta’ skola obligattorja ghat-tfal. Fetah skejjel ghall-persuni b’dizabilta’. Waqqaf l-Istituti Teknici, il-Polytechnic u bena kull parti ta’ l-Universita’. Gvern Nazzjonalista waqqaf l-MCAST, l-ITS, l-Istitut ghall-Kura tas-Sahha u fetah berah l-Universita’. Ta spazju u ghajnuna lill-iskejjel tal-Knisja biex jizviluppaw. Qed jghin lill-genituri li jibghatu lill-uliedhom fi skejjel privati indipendenti. Gvern Nazzjonalista dahhal u firex l-edukazzjoni tat-teknologija ta’ l-informatika fl-iskejjel. Dawn huma kollha monumenti hajjin ta’ Gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista ghaliex l-edukazzjoni hi c-cavetta ghas-success ta’ pajjizna.
Il-Partit Nazzjonalista hu l-Partit tas-Solidarjeta’
Fil-qasam socjali, il-Partit Nazzjonalista hu pijunier biex f’pajjizna jkollna dejjem sistema socjali soda b’rispett shih ghall-individwalita’ ta’ kull persuna. Il-Partit Nazzjonalista hu l-Partit tas-Solidarjeta’. Dan biex kull persuna tizvilupp l-potenzjal taghha, ikollha l-ghajnuna u l-protezzjoni fejn mehtieg. Kien Gvern Nazzjonalista li bena l-ewwel djar ghall-haddiema. Kien Gvern Nazzjonalista li fis-snin 20 dahhal il-protezzjoni ghan-nisa fuq ix-xoghol permezz ta’ ligi apposta. Fl-istess perjodu dahhal ligi dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-impjiegi fil-fabbriki u ghajnuna ghal min ikorri fuq il-post tax-xoghol. Fl-istess zmien introduca l-pensjoni ghar-romol u l-iltiema ta’ haddiema tal-Gvern. Dan kien biss il-bidu. Gvernijiet Nazzjonalista firxu s-servizzi u l-beneficcji socjali u dahhlu servizzi ta’ natura personali ghaliex fil-qalba tal-politika tal-Partit Nazzjonalista hemm il-bniedem bix-xewqat u l-bzonnijiet tieghu jew taghha li jkunu differenti min ta’ haddiehor. Aktar ricenti Gvern Nazzjonalista ta’ drittijiet lill-haddiema biex ikunu fuq l-istess livell ta’ haddiema Ewropej.
Il-Partit Nazzjonalista bidel l-ekonomija biex jitkattar il-gid u x-xoghol
Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern biddel l-ekonomija ta’ pajjizna biex ghandna ekonomija ghas-servizz tal-bniedem fejn jinholoq il-gid u jitqassam b’gustizzja socjali. Gvernijiet Nazzjonalisti minn ekonomija dipendenti fuq is-servizzi Inglizi u fuq il-Gvern dawru l-ekonomija taghna ghal wahda bbazata fuq l-industrija, it-turizmu u s-servizzi. Ekonomija mibnija fuq il-hila tan-nies fejn illum qed tinghata attenzjoni specjali lill-industrija bbazata fuq it-teknologija ta’ l-informatika. Bidla ohra importanti li gabu Gvernijiet Nazzjonalista fl-ekonomija hi l-bidla minn ekonomija maghluqa b’sehem qawwi ta’ l-istat ghal ekonomija tas-suq fejn is-settur privat, in-negozji zghar u medji u dawk li jahdmu ghal rashom isibu spazju shih fejn jizviluppaw u huma l-mutur ta’ l-ekonomija.
Partit li biddel wicc pajjizna b’ghadd ta’ progetti
Il-Partit Nazzjonalista biddel wicc pajjizna bi progetti fl-oqsma kollha li jolqtu lil pajjizna u lill-poplu Malti u Ghawdxi. Fil-bidu tas-seklu l-iehor il-prijoritajiet kienu l-bini ta’ skejjel ghat-tfal kollha u l-bini ta’ djar ghall-haddiema. Aktar ‘il quddiem inbnew fabbriki biex pajjizna jigbed is-settur tal-manifattura u jinholoq ix-xoghol. Fl-ahhar tas-snin 80 u fis-snin 90 saru katina ta’ progetti: il-Port Hieles, l-Ajruport, il-Power Station, Reverse Osmosis, networks godda ta’ toroq, bini ta’ djar ghall-anzjani, centri tas-sahha, sar il-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali u l-immodernizzar tas-sistemi tat-telekomunikazzjoni fost l-ohrajn. Twaqqfu l-Kunsilli Lokali b’poteri biex isebbhu l-postijiet li nghixu u nahdmu fihom. Gvernijiet Nazzjonalista wettqu u qed ikompli jwettaq progetti biex inharsu l-patrimonju kulturali taghna b’restawr ta’ gojjelli storici. Qed jissebbhu postijiet turistici u l-qalba ta’ l-irhula taghna. Illum qed igib bidla ta’ kultura billi mhux biss insebbhu l-ambjent fiziku imma nassiguraw ukoll li l-ambjent ikun tajjeb ukoll ghal sahhitna billi ma jitnaqqsu l-perikli ghas-sahha tal-poplu taghna.
Ghaliex il-Partit Nazzjonalista jemmen fl-izvilupp shih tal-persuna, jaghti importanza wkoll lil qasam sportiv. Xempju ta’ din l-importanza huma c-Centri Sportivi fl-Universita’, f’Ghawdex, fil-Kottonera u dak li se jinbena fil-Karwija.
Fiducja shiha fil-poplu f’kull zmien
Dak li jiddistingwi wkoll lill-Partit Nazzjonalista hu li l-Partit Nazzjonalista dejjem gharaf il-potenzjal tal-poplu. Il-fiducja tal-Partit Nazzjonalista fil-poplu mhix slogan imma hi bazi importanti li waslet lill-Partit Nazzjonalista biex jiehu decizjonijiet importanti fl-izvilupp politiku ta’ pajjizna. Mhux darba jew tnejn, il-Partit Nazzjonalista sab oppozizzjoni fl-avvanz li kien qieghed jipproponi ghal pajjizna. L-Indipendenza, il-Kunsilli Lokali, il-pluralizmu fix-xandir, il-liberalizazzjoni ta’ l-ekonomija, il-bini tal-Power Station, l-investiment fit-telekomunikazzjoni, il-liberalizazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjoni, ir- riforma fl-iskejjel tas-snajja’, il-ftuh ta’ l-Universita’, l-Unjoni Ewropea … kollha huma ezempji ta’ zvilupp li l-Partit Laburista opponihom bil-qawwa. Illum, li jaccettahom jaghti ragun u certifikat lill-Partit Nazzjonalista. Ghal dawn l-inizjattivi u politika gdida u aktar, il-Partit Nazzjonalista ikkonvinca lill-Partit Laburista.
Il-Partit Nazzjonalista hu Partit li jhares ‘il quddiem
Il-Partit Nazzjonalista hu Partit li jhares ‘il quddiem. Qed jiccelebra l-125 sena ta’ storja u fl-istess waqt ifittex it-tigdid u l-izvilupp tal-politika tieghu. Tul din is-sena se jkun qieghed jaghti spinta lill-ideat, il-vizjoni u l-hidma. Se jkun qieghed jiggedded aktar. Dan hu li jaghmel lill-Partit Nazzjonalista Partit zghazugh ghani fl-istorja tieghu li tintuza biex tkun id-dawl ghal dak li jrid iwettaq fil-gejjieni. B’hekk il-Partit Nazzjonalista jibqa’ Partit dinamiku li jipproponi l-gdid ghal pajjizna. Dan ghaliex il-gdid, fid-dawl tal-principji tal-Partit Nazzjonalista, hu l-ghajn ta’ kull progress u avvanz socjali, ekonomiku u ambjentali.
Sena ta’ attivitajiet
Fost l-attivitajiet li se jsiru biex jitfakkar il-125 sena mit-twaqqif tal-PN, il-100 sena mill-mewt ta’ Fortunato Mizzi u l-25 sena mill-mewt ta’ Gorg Borg Olivier hemm diskussjoni li ghandha twassal ghal Kunsill Generali Stra-ordinarju biex jigu approvati l-Fehmiet Bazici tal-Partit Nazzjonalista; Kunsill Generali li jhares lejn l-organizazzjoni u l-istatut tal-Partit Nazzjonalista; kommemorazzjoni tal-mexxejja tal-Partit Nazzjonalista, wirja multi-media dwar il-125 sena ta’ storja tal-Partit, dokumentarju dwar l-istorja tal-Partit Nazzjonalista; pubblikazzjoni dwar l-istorja tal-Partit Nazzjonalista u bijografija ta’ Gorg Borg Olivier; il-ftuh ta’ l-ewwel parti tad-Dar Centrali; laqghat akkademici dwar l-istorja, l-hsieb u l-izvilupp politiku tal-Partit Nazzjonalista.
Fil-bini l-gdid tad-Dar Centrali se jsir muzew politiku permanenti, fejn minn issa l-Partit Nazzjonalista qed jappella lil dawk kollha li ghandhom xi affarijiet storici jew memorabilia biex jaghtuhom bhala donazzjoni jew jisilfuhom lill-Partit Nazzjonalista.
Gordon Pisani
Direttur Informazzjoni PN
|